Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – De Capitani vs Il-Parlament

(Kawża T-540/15) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jirrigwardaw proċedura leġiżlattiva pendenti – Trilogi – Tabelli b’erba’ kolonni li jikkonċernaw il-proposta ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Europol u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ rifjut ta’ aċċess għat-tabelli b’erba’ kolonni stabbiliti fil-kuntest tat-trilogi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Emilio De Capitani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer, J. Wolfhagen u E. Raedts, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment N. Görlitz, A. Troupiotis u C. Burgos, sussegwentement N. Görlitz, C. Burgos u I. Anagnostopoulou, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti, B. Driessen u J.-B. Laignelot, aġenti) u Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni A(2015) 4931 tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2015 li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess sħiħ għad-dokumenti LIBE-2013-0091-02 u LIBE-2013-0091-03.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni A(2015) 4931 tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2015 hija annullata sa fejn din tirrigwarda r-rifjut ta’ aċċess sħiħ lil Emilio De Capitani għad-dokumenti LIBE-2013-0091-02 u LIBE-2013-0091-03.

Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn E. De Capitani.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 398, 30.11.2015.