Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Riva Fire vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-83/10) 1

[“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza t-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas – Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Kompetenza tal-Kummissjoni – Bażi legali – Konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkordji u l-Pożizzjonijiet Dominanti – Drittijiet tad-difiża – Definizzjoni tas-suq ġeografiku – Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ lex mitior – Ksur tal-Artikolu 65 KEFA – Multi – Gravità u tul tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Proporzonalità – Applikazzjoni tal-Komunikazzjoni fuq il-Kooperazzjoni tal-1996”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Riva Fire SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola, M. Pappalardo u T. Ubaldi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer u B. Gencarelli, sussegwentement R. Sauer u R. Striani u fl-aħħar nett R. Sauer, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)SuġġettPrinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.DispożittivIl-multa imposta fuq Riva Fire SpA hija stabbilita fl-ammont ta’ E

UR 26 09

3 000.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Riva Fire għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.