Language of document :

Appell ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2023 minn Vincent Thunus et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-666/20

(Kawża C-561/23 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Vincent Thunus, Jaime Barragán, Alexandra Felten, Manuel Sutil, Patrick Vanhoudt (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment; Marc D’hooge.

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-666/20;

konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellanti fl-ewwel istanza u, għaldaqstant

tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat, inkluża l-eċċezzjoni ta’ illegalità magħmulha fih;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni li tinsab fir-rendikont tas-salarju tal-appellanti tax-xahar ta’ Marzu 2020, deċiżjoni li tiffissa l-aġġustament annwali tat-trattament bażiku limitat għal 0.7 % għas-sena 2020 mill-1 ta’ Jannar 2020, u, għaldaqstant, l-annullament tad-deċiżjonijiet simili li jinsabu fir-rendikonti ta’ salarju posterjuri;

għaldaqstant tikkundanna lill-appellat għall-ħlas tal-kumpens għad-dannu materjali (i) tal-bilanċ tas-salarju li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għall-2020, jiġifieri żieda ta’ 1 %, għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020; (ii) tal-bilanċ ta’ salarju li jikkorrispondi għall-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali ta’ 0.7 % għall-2020 fuq l-ammont tas-salarji li għandhom jitħallsu minn Jannar 2020; (iii) ta’ interessi moratorji fuq il-bilanċ ta’ salarji dovuti sal-ħlas komplet tas-somom dovuti, ir-rati ta’ interessi moratorji li għandhom jiġu applikati qabel ma jiġu kkalkolati abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, biż-żieda ta’ tliet punti.

tikkundanna lill-appellant għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fir-rigward tal-illegalità tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2017: ksur tal-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Anness I tagħhom – ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-qorti – żnaturament tal-provi.

Fir-rigward tal-illegalità tad-deċiżjonijiet tat-12 ta’ Diċembru 2019 u tas-6 ta’ Frar 2020: ksur tal-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Anness I tagħhom – ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-qorti – żnaturament tal-provi.

____________