Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail de Liège (il-Belġju) fit-2 ta’ Marzu 2022 – OP vs Commune d’Ans

(Kawża C-148/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OP

Konvenut: Commune d’Ans

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol 1 jista’ jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lil amministrazzjoni pubblika li torganizza ambjent amministrattiv kompletament newtrali u b’hekk li tipprojbixxi l-ilbies ta’ simboli ta’ twemmin mill-membri kollha tal-persunal, irrispettivament minn jekk dawn ikunux f’kuntatt dirett mal-pubbliku jew le?

L-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78 jista’ jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lil amministrazzjoni pubblika li torganizza ambjent amministrattiv kompletament newtrali u b’hekk li tipprojbixxi l-ilbies ta’ simboli ta’ twemmin mill-membri kollha tal-persunal, irrispettivament minn jekk dawn ikunux f’kuntatt dirett mal-pubbliku jew le, anki jekk din il-projbizzjoni newtrali tidher li taffettwa l-iktar lin-nisa, u għalhekk x’aktarx tikkostitwixxi diskriminazzjoni moħbija bbażata fuq il-ġeneru?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.