Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Jannar 2012 - 3M Pumps vs UASI - 3M(3M Pumps)

(Kawża T-25/12)

Lingwa tar-rikors: il-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: 3M Pumps (Taglio di Po, l-Italja) (rappreżentant: F. Misuraca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: 3M Company (St. Paul, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fis-27 ta' Ottubru 2011, fil-Każ R 2406/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "3M Pumps", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 16 u 38

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: 3M Company

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "3M", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 16 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b), u tal-Artikolu 8(5), tar-Regolament Nru°207/2009.

____________