Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2013 – MAF vs EIOPA

(Kawża T-23/12) 1

(“Rikors għal annullament – Sistema lingwistika – Pubblikazzjoni mill-EIOPA ta’ dokumenti ta’ konsultazzjoni fis-sit internet tagħha esklużivament bl-Ingliż – Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mutuelle des architectes français assurances (MAF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J. N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) (rappreżentanti: J. Stuyck u A. M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament, minn naħa, ta’ allegata deċiżjoni tal-EIOPA biex tippubblika l-informazzjoni fis-sit internet tagħha u, b’mod iktar partikolari, li tniedi konsultazzjonijiet pubbliċi esklużivament bl-Ingliż u, min-naħa l-oħra, tal-allegata deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tal-EIOPA, tas-16 ta’ Jannar 2012, li tiċħad it-talba tal-MAF bil-għan tar-revoka tal-allegata l-ewwel deċiżjoni u għall-pubblikazzjoni tal-imsemmija konsultazzjonijiet kif ukoll tal-informazzjoni kollha fis-sit internet tal-EIOPA bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Il-Mutuelle des architectes français assurances (MAF) hija kkundannata għall-ispejjeż.