Language of document : ECLI:EU:T:2012:632





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Novembru 2012 — Bauer vs UASI — BenQ Materials (Daxon)

(Kawża T-29/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Daxon — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti DALTON — Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 18, 19, 33)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali Daxon u DALTON (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21-23, 27-31, 35-43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Novembru 2011 (Każ R 2191/2010‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Erika Bauer u BenQ Materials Corp.

Dispożittiv

1)

Alva Management GmbH hija awtorizzata tissostitwixxi ruħha għal Erika Bauer bħala rikorrenti.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Alva Management GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.