Language of document : ECLI:EU:T:2015:437





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 —
PT Musim Mas vs Il-Kunsill

(Kawża T‑26/12)

“Dumping — Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja — Aġġustament — Artikolu 2(9) u (10)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Funzjonijiet li jistgħu jiġu assimilati ma’ dawk ta’ aġent li jaġixxi fuq il-bażi ta’ kummissjoni — Entità ekonomika unika — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Ugwaljanza u nondiskriminazzjoni”

1.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Kalkolu tal-prezz ta’ esportazzjoni — Element li għandu jitqies — Prezz applikat matul it-tranżazzjonijiet kummerċjali normali — Kumpanniji ta’ distribuzzjoni kkontrollati mill-produttur — Użu tal-prezzijiet tal-bejgħ ipprattikati minn dawn il-kumpanniji — Kundizzjonijiet — Eżistenza ta’ entità ekonomika unika — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(10)(i)) (ara l-punti 43, 44)

2.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni — Aġġustamenti — Oneru tal-prova (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(10)) (ara l-punti 45, 46, 90, 91, 95)

3.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni — Aġġustamenti — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ kummissjonijiet imħallsa għall-bejgħ — Kumpannija ta’ distribuzzjoni kkontrollata minn azzjonisti li huma wkoll azzjonisti tal-produttur — Eżistenza ta’ entità ekonomika unika — Kunċett — Funzjonijiet tan-negozjant li jistgħu jiġu assimilati ma’ dawk ta’ dipartiment intern tal-bejgħ — Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(10)(i)) (ara l-punti 48, 51, 53, 60, 68, 69)

4.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni — Aġġustamenti — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ kummissjonijiet imħallsa għall-bejgħ — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(10)(i)) (ara l-punti 74, 76, 77)

5.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni — Aġġustamenti — Applikazzjoni suċċessiva ta’ aġġustamenti magħmula fil-kuntest tat-tfassil tal-prezz ta’ esportazzjoni u ta’ dawk imwettqa skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament Nru 1225/2009 — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(9) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(10)) (ara l-punti 101, 102)

6.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni — Aġġustamenti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Limiti — Obbligu ta’ eżami diliġenti u imparzjali taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha — Portata (ara l-punti 112, 113)

7.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Ugwaljanza fit-trattament — Kunċett (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 20 u 21) (ara l-punt 128)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011, tat-8 ta’ Novembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (ĠU L 293, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1241/2012, tal-11 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1138/2011 (ĠU L 352, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

4)

Sasol Olefins & Surfactants GmbH u Sasol Germany GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.