Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-86/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Lizer-Klatka, konsulent legali)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li l-validità tal-lista ta’ riserva tal-kompetizzjoni EPSO AD/60/06 ma tiġix estiża fir-rigward tar-rikorrenti għall-perijodu li matulu kienet fuq leave tal-maternità u fuq leave parentali.

Talbiet tar-rikorrenti

1)    jannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Ottubru 2011 li ttemm il-validità tal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO AD 60/06 tal-31 ta’ Dċiembru 2011 fir-rigward tar-rikorrenti u d-deċiżjoni tal-10 ta’ Mejju 2012, adottata bi tweġiba għall-ilment tar-rikorrenti Nru R/147/11, kif ukoll jestendi l-validità tal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO AD/60/06 fir-rigward tar-rikorrenti b’tul li jikkorrispondi għal-leave tal-maternità u għal-leave parentali li hija ħadet matul il-perijodu ta’ validità ta’ din il-lista, jiġifieri għal perijodu ta’ 3 snin u 46 jum.

2)    jiddeċiedi li kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha skont l-Artikolu 89(3) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2007 u skont l-argumenti tar-rikorrenti mressqa fil-punti 56 et seq. ta’ dan ir-rikors.