Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2021 – Beveland vs EUIPO – Super B (BUCANERO)

(Kawża T-29/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Beveland, SA (Sant Joan les Fonts, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Super B, SL (Talavera de la Reina, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali “BUCANERO” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 390 641

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 1046/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, billi tiddikjara espliċitament ir-revoka tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 390 641 BUCANERO (verbali) għall-prodotti kollha rreġistrati fil-klassijiet 32 u 33.

tikkundanna lill-EUIPO u lill-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata, SUPER B, S.L., għall-ħlas tal-ispejjeż kollha tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk relatati mal-proċedimenti ta’ revoka quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 18 u 58 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________