Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Settembru 2008 - Aparicio et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jorge Aparicio (Antiguo Cuscatlan, Salvador) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Minn naħa, l-illegalità tal-Artikolu 5(1)(d) tad-DĠI dwar il-proċedura tal-għażla tal-membri tal-persunal bil-kuntratt 3a, u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma jitniżżlux l-ismijiet tar-rikorrenti fil-lista ta' dawk li għaddew u fil-bażi ta' data tal-proċedura ta' reklutaġġ CAST 27/Relex.

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara li l-Artikolu 5(1)(d) tad-DĠI dwar il-proċedura ta' għażla tal-membri tal-persunal bil-kuntratt 3a huwa illegali;

tannulla d-deċiżjonijiet tal-EPSO li ma jitniżżlux l-ismijiet tar-rikorrenti fil-lista ta' dawk li għaddew u fil-bażi ta' data tal-proċedura ta' reklutaġġ CAST 27/Relex;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________