Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Colt Télécommunications France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/10) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku fil-kuntest ta’ proġett ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-département des Hauts-de-Seine – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna – Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Colt Télécommunications France (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Debroux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u J. Gstalter, sussegwentement D. Colas, J. Bousin u J. S. Pilczer, aġenti); Sequalum SAS (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: L. Feldman, avukat); u d-Département des Hauts-de-Seine (Franza) (rappreżentanti: J. D. Bloch u G. O’Mahony, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7426 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar il-kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-département des Hauts-de-Seine (għajnuna mill-Istat N 331/2008 – Franza)DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Colt Télécommunications France għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Ir-Repubblika Franċiża, Sequalum SAS u d-département des Hauts-de-Seine għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.