Language of document : ECLI:EU:T:2012:95





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Frar 2012 — Certmedica International u Lehning entreprise vs UASI — Lehning entreprise u Certmedica International (L112)

(Kawżi magħquda T-77/10 u T-78/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali L112 — Trade mark Franċiża verbali preċedenti L.114 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali”

Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b), u 53(1)(a)) (ara l-punti 73, 76, 106-110)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Diċembru 2009 (Każ R 934/2009‑2), rigward proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Lehning Entreprise u Certmedica International GmbH.

Dispożittiv

1)

Fil-Kawża T‑77/10:

–        id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-9 ta’ Diċembru 2009 (Kawża R 934/2009‑2) hija annullata sa fejn hija tannulla r-reġistrazzjoni tat-trade mark L112 għall-“prodotti veterinarji”;

–        il-kumplament tar-rikors huwa miċħud;

–        Certmedica International GmbH u l-UASI huma kkundannati għall-ħlas tal-ispejjeż tagħhom stess;

–        Lehning entreprise hija kkundannata għall-ħlas tal-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-intervent tagħha.

2)

Fil-Kawża T‑78/10:

–        ir-rikors huwa miċħud;

–        Lehning entreprise hija kkundannata għall-ħlas tal-ispejjeż tagħha stess u dawk tal-UASI;

–        Certmedica International hija kkundannata għall-ħlas tal-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-intervent tagħha.