Language of document : ECLI:EU:T:2013:463





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 —
Colt Télécommunications Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑79/10)

“Għajnuna mill-Istat — Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku fil-kuntest ta’ proġett ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna — Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proġetti ta’ għajnuna — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari u fażi kontradittorja — Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Diffikultà ta’ evalwazzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja — Diffikultajiet serji — Kunċett — Natura oġġettiva — Oneru tal-prova — Ċirkustanzi li jippermettu li tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ tali diffikultajiet (Artikoli 87(1) KE u 88(2) u (3) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(4)) (ara l-punti 29-37, 72-75)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proġetti ta’ għajnuna — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari — Tul taż-żmien — Terminu massimu ta’ xahrejn — Kalkolu tat-tul tal-eżami preliminari sa minn meta tiġi riċevuta notifika sħiħa — Kunċett ta’ notifika sħiħa (Artikolu 88(2) u (3) KE ; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 2(2) u 4(1) u (5)) (ara l-punti 41-51)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proġetti ta’ għajnuna — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari u fażi kontradittorja — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja fil-preżenza ta’ diffikultajiet serji — Talba għal informazzjoni addizzjonali li ma tirrilevax per se l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji (Artikolu 88(2) u (3) KE) (ara l-punti 55-66)

4.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Rikors mill-persuni kkonċernati fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE — Identifikazzjoni tas-suġġett tar-rikors — Rikors maħsub sabiex jiġi protetti d-drittijiet proċedurali tal-persuni kkonċernati — Motivi li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-informazzjoni u tal-elementi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni — Ammissibbiltà (Artikolu 88(2) KE u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c); Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 1(h), 4(3), u 6(1)) (ara l-punt 84)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Implementazzjoni ta’ qafas ta’ għajnuna f’settur determinat — Regoli applikabbli għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità qawwija mħabbra mill-Kummissjoni fil-linji gwida — Applikabbiltà tal-imsemmija linji gwida sa mill-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom — Pubblikazzjoni fl-istess jum tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata — Inapplikabbiltà tal-linji gwida għall-imsemmija deċiżjoni (Artikolu 88(1)KE ; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2009/C 235/07, punti 3, 7, 59 u 80) (ara l-punt 89)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sostnuti minn impriża — Esklużjoni — Kundizzjonijiet mħabbra fis-sentenza Altmark (Artikolu 86(2) KE u 87(1) KE) (ara l-punti 86-88, 91, 180, 185, 186)

7.                     Kompetizzjoni — Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Definizzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Limiti — Stħarriġ tal-Kummissjoni limitat għall-każ ta’ żball manifest (Artikoli 86(2) KE u 87(1) KE ; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2009/C 235/04, punt 24) (ara l-punti 92, 119)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Kriterju ta’ evalwazzjoni — Falliment tas-suq — Effett fuq il-klassifikazzjoni ta’ servizz bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Natura oġġettiva tal-evalwazzjoni tal-falliment (Artikoli 86(2) KE u 87(1) KE ; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2001/C 17/04, punt 14, u 2009/C 235/07, punti 24, 77 u 78) (ara l-punti 150-154, 158-160)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7426 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar il-kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine (għajnuna mill-Istat N 331/2008 – Franza)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Colt Télécommunications France għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Franċiża, Sequalum SAS u d-dipartiment tal-Hauts-de-Seine għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.