Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta' Ġunju 2010 - COLT Télécommunications France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Użu ta' netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi b'veloċità qawwija - Kumpens għal spejjeż ta' servizz pubbliku - Deċiżjoni li tikkonstata li l-miżura nnotifikata ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: COLT Télécommunications France SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Debroux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C(2009) 7426 finali tal-Kummissjoni, tat- 30 ta' Settembru 2009, dwar il-proġett tal-għoti ta' kumpens għal spejjeż ta' servizz pubbliku ta' EUR 59 miljun għall-istabbiliment u l-użu ta' netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi b'veloċità qawwija fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine (Franza).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huwa rriżervati.

____________