Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Mejju 2012 - International Brands Germany vs UASI - Stuffer (ALOHA 100% NATURAL)

(Kawża T-243/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: International Brands Germany GmbH & Co. KG (Paderborn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Hein u M. Hoffmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stuffer SpA (Bolzano, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta' Marzu 2012, fil-Każ R 1058/2011-1 u tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: International Brands Germany

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "ALOHA 100% NATURAL" għal prodotti fil-klassi 32 - Applikazzjoni Nru 7 050 701

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Stuffer

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali "ALOA" għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________