Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Ġunju 2011 - ReValue Immobilienberatung vs UASI (ReValue)

(Kawża T-487/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ReValue - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni - Raġuni assoluta għal rifjut − Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ReValue Immobilienberatung GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Fischoeder u M. Schork, sussegwentement S. Fischoeder, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors mid-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-(UASI) tas-7 ta' Ottubru 2009 (Każ R 531/2009-4) li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva ReValue bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

ReValue Immobilienberatung GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 37, 13.2.2010.