Language of document : ECLI:EU:T:2011:211





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 – Jager & Polacek vs UASI (REDTUBE)

(Kawża T‑488/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali REDTUBE – Trade mark nazzjonali preċedenti mhux irreġistrata Redtube – Nuqqas ta’ ħlas tad-dritt tal-oppożizzjoni fit-terminu – Deċiżjoni li tiddikjara li l-oppożizzjoni titqies li ma saritx – Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2869/95 – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Regola 17 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Proċedura ex parte – Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 – Regola 18 tar-Regolament Nru 2868/95 – Natura legali ta’ komunikazzjoni tal-UASI li tinforma li oppożizzjoni ġiet iddikjarata ammissibbli – Regola tal-paralleliżmu tal-forom u tal-actus contrarius – Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Proċedura ta’ reġistrazzjoni - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Nuqqas ta’ ħlas tad-dritt tal-oppożizzjoni (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2869/95, Artikoli 8(3) u 8(4)) (ara l-punti 38-41, 44-49)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2009 (Każ R 442/2009‑ 4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jager & Polacek GmbH u RT Mediasolutions s.r.o.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

RT Mediasolutions s.r.o.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali REDTUBE għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 9, 38 u 41 – Applikazzjoni Nru 6096309

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Jager & Polacek GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark mhux irreġistrata Redtube

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni meqjusa li ma saritx

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jager & Polacek GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.