Language of document : ECLI:EU:T:2011:317





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 – ReValue Immobilienberatung vs UASI (ReValue)

(Kawża T-487/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ReValue – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Raġuni assoluta għal rifjut − Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja –Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ servizz (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 58, 69-73)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 531/2009-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ReValue bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja

ReValue Immobilienberatung GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva ReValue għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 42 u 45 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6784292

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni parzjalment rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ReValue Immobilienberatung GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.