Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Ottubru 2012 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-491/09) 

("FAEGG - Taqsima 'Garanziji' - Infiq eskluż mill-finanzjament - Primjums fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż - Kontrolli fuq il-post")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: inizjalment M. Muñoz Pérez sussegwentement S. Martínez-Lage Sobredo u fl-aħħar nett A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/721/KE, tal-24 ta' Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta' "Garanzija" tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU L 257, p. 28).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 37, 13.02.2010.