Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Diċembru 2009 - Leali vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Leali SpA (Odolo, l-Italja) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 7492, tat-30 ta' Settembru 2009, fil-Każ COMP/37.956 - Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit, adozzjoni mill-ġdid.

Sussidjarjament:

tnaqqas l-ammont tal-multa.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-472/09, SP vs Il-Kummissjoni.

____________