Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Jannar 2012 - Viaguara vs UASI - Pfizer (VIAGUARA)

(Kawża T-332/10) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja VIAGUARA - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VIAGRA - Vantaġġ inġustament meħud mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Viaguara S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: R. Skubisz, M Mazurek u J. Dudzik, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Zajfert, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pfizer Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: initjalment minn M. Hawkins, solicitor, V. von Bomhard u A. Renck, avukati, sussegwentement minn V. von Bomhard, A. Renck u M. Fowler, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta' Mejju 2010, (Każ R 946/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Pfizer Inc. u Viaguara S.A.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Viaguara S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 301, 6.11.2010