Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 - Somm Srl vs UASI (Struttura li tagħti d-dell)

(Kawża T-351/07)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Struttura li tagħti d-dell - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7 (1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7 (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża:It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Somm Srl (San Mauro Torinese, l-Italja) (rappreżentant: M. Ferro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u P. Bullock, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Ġunju 2007 (Każ R 1653/2006-1) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali, li jirrappreżenta struttura li tagħti d-dell, bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Somm Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 283, 24.11.2007.