Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta' Lulju 2010 - Časta vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-40/09) 1

"Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' ammissjoni għall-eżami orali - Talba għal eżami mill-ġdid - Obbligu ta' motivazzjoni - Esperjenza professjonali meħtieġa - Ċertifikat ippreżentat tard - Prinċipju ta' trattament ugwali - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni"

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Radek Časta (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Tahotná, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Eggers et M. L. Jelínek, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li r-rikorrent ma jitħalliex jieħu sehem fl-eżamijiet orali tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/107/07-LAW minħabba li ma ssodisfax il-kundizzjoni ta' 3 snin esperjenza miksuba fil-funzjoni ta' tmexxija f'livell għoli u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' somma bħala kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

R. Časta għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 153, 04.07.2009, p. 51.