Language of document :

Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 minn Victor Navarro mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-21 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża F-46/13, Navarro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-556/14 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Victor Navarro (Sterrebeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-21 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża F-46/13;

konsegwentement, tagħti lill-appellant il-benefiċċju tat-talbiet tiegħu tal-ewwel istanza u, b’hekk:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, bħala Awtorità bis-setgħa ta’ konklużjoni tal-kuntratti, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li ma tirreklutax lill-appellant bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet II;

sal-limitu meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità bis-setgħa ta’ konklużjoni tal-kuntratti , tas-7 ta’ Frar 2013, li tiċħad l-ilment imressaq mill-appellant fid-19 ta’ Ottubru 2012;

tikkumpensa d-dannu materjali tiegħu;

tagħti s-somma stabbilita ex aequo et bono u provviżorjament għal EUR 50 000 fir-rigward tad-dannu morali subit;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk fl-appell preżenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tlett aggravji.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-limiti ta’ stħarriġ ġudizzjarju tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”), sa fejn dan issostitwixxa l-evalwazzjoni tiegħu b’dik tal-amministrazzjoni.It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, sa fejn it-TSP ikkunsidra b’mod żbaljat li skont l-Artikolu 3(2) tal-Anness IV tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tat-2 ta’ Marzu 2011  , l-esperjenza professjonali għandha tkun debitament iġġustifikata u tkun tirrigwarda wieħed mis-setturi ta’ attività tal-Kummissjoni.It-tielet aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti tal-kawża, peress li t-TSP kien iddeċieda, fis-sentenza appellata, li l-appellant ma kienx ipprovda deskrizzjoni tal-kompiti mwettqa għal Continental Airlines Inc., u b’hekk, li ma kienx wera li l-esperjenza tiegħu kienet “xierqa” għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ segretarju.