Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-37/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-OLAF li tiċħad it-talba għat-tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent, wara l-annullament ta’ din id-deċiżjoni permezz ta’ sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u talba għad-danni morali u materjali allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-AATK tat-8 ta’ Awwissu 2012 li tiċħad it-talba għat-tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent;

sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-12 ta’ Awwissu 2010 tat-talba għat-tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent, jekk l-annullament tagħha jiġi kkontestat fil-kuntest ta’ appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni;

u sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-AATK tas-17 ta’ Jannar 2013 li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrent fil-21 ta’ Settembru 2012;

jagħti lir-rikorrent, għad-dannu materjali subit, somma li tikkorrispondi għad-differenza ta’ remunerazzjoni li huwa kien jirċievi kieku seta’ jikseb it-tiġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju fi ħdan l-OLAF għal 4 snin oħra u r-remunerazzjoni li huwa kien jirċievi minn Mejju 2011 (filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-drittijiet għall-pensjoni tiegħu u l-progressjoni normali tal-karriera tiegħu);

jikkumpensa d-dannu materjali subit mir-rikorrent minħabba t-telf tal-possibbiltà li jikseb kuntratt għal żmien indeterminat, iffissat ex aequo et bono u provviżorjament għal EUR 250 000;

jagħti s-somma ffissata ex aequo et bono u provviżorjament għal EUR 10 000 għad-dannu morali subit;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.