Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2015 – Square vs UASI – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Pyrénées Gascogne (SQUARE)

(Kawża T-213/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Square, Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Pyrénées Gascogne (Tarbes, Franza) (rappreżentanti: A. Lecomte u R. Zeineh, avukati)SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Jannar 2013 (Każ R 775/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Caisse régionale de crédit agricole mutuel Pyrénées Gascogne u Square, Inc.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.