Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Ustavno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-13 ta’ Novembru 2023 – AEON NEPREMIČNINE et, STAN nepremičnine d.o.o. u Državni svet Republike Slovenije vs Državni zbor Republike Slovenije

(Kawża C-674/23, AEON NEPREMIČNINE et)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Ustavno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AEON NEPREMIČNINE, d.o.o. et, STAN nepremičnine d.o.o. u Državni svet Republike Slovenije

Konvenut: Državni zbor Republike Slovenije

Domandi preliminari

L-Artikoli 7, 16 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, li permezz tagħha l-kumpens massimu permess għas-senserija fuq proprjetà immobbli fil-kuntest tax-xiri jew tal-bejgħ ta’ tali proprjetà immobbli ma jistax ikun iktar minn 4 % tal-prezz fil-kuntratt, meta jkun każ ta’ senserija fil-kuntest ta’ xiri jew ta’ bejgħ ta’ bini unifamiljari, ta’ appartament jew ta’ unità residenzjali b’persuna fiżika bħala xerrej?

L-Artikoli 7, 16 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, moqrija flimkien mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni, li permezz tagħha l-kumpens massimu permess għas-senserija fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kiri ta’ tali proprjetà immobbli ma jistax ikun iktar minn 4 % tal-ammont li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont tal-kera ta’ kull xahar bin-numru ta’ xhur li għalihom titqiegħed għad-dispożizzjoni l-proprjetà immobbli, u, fi kwalunkwe każ, ma jistax ikun iktar minn somma ekwivalenti għall-ammont ta’ kera ta’ kull xahar waħda, meta jkun każ ta’ senserija fil-kuntest ta’ kiri ta’ bini unifamiljari, ta’ appartament jew ta’ unità residenzjali b’persuna fiżika bħala kerrej?

____________

1     ĠU 2006, L 376, p. 36.