Language of document : ECLI:EU:T:2016:83





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Frar 2016 – Harrys Pubar u Harry’s New York Bar vs UASI – Harry’s New York Bar u Harrys Pubar (HARRY’S NEW YORK BAR)

(Kawżi magħquda T‑84/14 u T‑97/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HARRY’S NEW YORK BAR – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti PUB CASINO Harrys RESTAURANG – Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati [Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)] (ara l-punt 27)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 47-49, 51, 52, 103, 104)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Natura komplimentari tal-prodotti jew tas-servizzi [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 61, 62)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 76, 77, 84, 85)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali HARRY’S NEW YORK BAR u trade mark figurattiva PUB CASINO Harrys RESTAURANG [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 92-101, 108, 110)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Novembru 2013 (Każijiet maqgħuda R 1038/2012-1 u R 1045/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harrys Pubar AB u Harry’s New York Bar SA.

Dispożittiv

1)

Fil-Kawża T‑84/14, il-punti 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ Novembru 2013 (Kawżi magħquda R 1038/2012-1 u R 1045/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harrys Pubar AB u Harry’s New York Bar SA, huma annullati.

2)

Fil-Kawża T‑97/14, ir-rikors ta’ Harry’s New York Bar huwa miċħud.

3)

Harry’s New York Bar hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, żewġ terzi tal-imsemmija spejjeż ta’ Harrys Pubar sostnuti minn din tal-aħħar fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll dawk esposti minn Harrys Pubar matul il-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI. L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll terz mill-ispejjeż ta’ Harrys Pubar sostnuti minn din tal-aħħar fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.