Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2024 – Sandhold vs EUIPO – Grupo de Bodegas Vinartis (PATAPOUF)

(Kawża T-540/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PATAPOUF – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti PATA NEGRA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sandhold BV (Leiden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Spiegeler, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grupo de Bodegas Vinartis, SA (Madrid, Spanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Ġunju 2023 (Każ R 2553/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C, C/2023/223, 23.10.2023.