Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2024 – DB et vs Il-Parlament

(Kawża T-152/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: DB, DC u DD (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-avviż li jiffissa d-drittijiet għall-pensjoni ta’ DB;

tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Lulju 2023 li tiċħad it-talbiet imressqa fit-13 ta’ Marzu 2023 minn DC u fl-4 ta’ Mejju 2023 minn DD;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv prinċipali u motiv sussidjarju li huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-131/21, CR vs Il-Kummissjoni.

____________