Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2024 – Meica vs EUIPO – Lénárd (CHIPSY KINGS)

(Kawża T-157/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Russlies, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: András Lénárd (Sîncrăieni, ir-Rumanija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CHIPSY KINGS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 416 564

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 376/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ċaħdet l-appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-1 ta’ Frar 2023 dwar l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “CHIPSY KING” fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi li ġejjin:

“Ċipps tal-patata; Frejjeġ tal-patata; Ċipps ibbażata fuq il-ħaxix; Stikek tal-patata; Ċipps tal-kassava; Ċipps tas-sojja; Ċipps tal-patata ħelwa vjola; Ċipps tal-kale; Ikliet ħfief tal-patata; Ċipps tal-ħaxix; Laqx tal-patata; Krisps tal-patata fil-forma ta’ ikliet ħfief; Krisps tal-patata; Ikliet ħfief ibbażati fuq patata; Patata mqatta rqiq jew kubi, jew strixxi, moqlija f’taġen; Ċipps tal-patata fil-forma ta’ kejkijiet żgħar b’disinji kwadri fuqhom (waffle fries); Krisps tal-patata b’kontenut baxx ta’ xaħam; Ċipps tal-yucca” fil-Klassi 29

“Krisps magħmula mill-qamħ sħiħ; Krisps bbażati fuq il-qamħ u ċereali; Ikel ħafif magħmul minn ħobż iqarmeċ; Ikel ħafif tal-qamħ b’xi forma; Ċipps tal-qamħirrum bit-togħma tal-ħaxix; Ċipps tat-tortillas; Krisps tar-ross; Ikel ħafif ibbażat fuq il-qamħirrun; Prodotti tal-ikel ħfief magħmula mid-dqiq tal-patata; Ċipps tal-wonton; Ċipps ibbażati fuq id-dqiq; Blalen tal-ġobon minfuħa [ikel ħafif tal-qamħirrun]; Krisps magħmul miċ-ċereali; Krisps tal-qamħirrum bl-essenza tal-alka tal-baħar; Ċipps tat-tacos; Ċipps tal-qamħirrum” fil-Klassi 30;

“Servizzi ta’ bejgħ relatat mal-ikel; Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut permezz ta’ networks tal-kompjuter globali relatati mal-oġġetti tal-ikel; Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ ordnijiet bil-posta relatati mal-oġġetti tal-ikel; Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut relatati mal-oġġetti tal-ikel; Preżentazzjoni ta’ oġġetti fuq mezzi tal-komunikazzjoni, għal skopijiet ta’ bejgħ bl-imnut; Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut permezz ta’ katalgi relatati mal-oġġetti tal-ikel” fil-Klassi 35.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________