Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2024 – CV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-146/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: CV (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2023 u, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni tad-9 ta’ Awwissu 2023, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-għoti ta’ allowance tal-familja [lir-rikorrent];

konsegwentement, tirrikonoxxi [lir-rikorrent] id-dritt ta’ allowance tal-familja skont l-Artikolu 1 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

Ksur tal-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal 1 .

Ksur tal-Artikolu 1(2)(d) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal flimkien ma’ ksur tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 1 .

____________

1     Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 1962, 45, p. 1385).

1     ĠU 2012, C 326, p. 391.