Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Ottubru 2011 - dm-drogerie markt vs UASI - Semtee (caldea)

(Kawża T-304/10) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva caldea - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BALEA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u P. Hiller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Semtee (Escaldes Engornay, Andorra) (rappreżentant: É. Guissart, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' April 2010 (Każ R 899/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn drogerie markt GmbH & Co. KG u Semtee.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

dm-drogerie markt GmbH & Co. KG hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-intervent ta' Semtee.

____________

1 - ĠU C 260, 25.09.2010.