Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Lulju 2010 - Wam vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-303/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Wam SpA (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: G. Roberti, avukat, I. Perego, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, totalment jew parzjalment, id-deċiżjoni kkontestata sa fejn :

tiddikjara li WAM ibbenefikat minn għajnuna mill-Istat illegali, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, minħabba l-kuntratt ta' finanzjament tal-1995 u tal-kuntratt ta' finanzjament tal-2000, magħmula t-tnejn skont l-Artikolu 2 tal-liġi 394/1981;

tiddikjara li l-għajuna taħt il-kuntratt ta' finanzjament tal-1995 u l-kuntratt ta' finanzjament tal-2000 hija inkompatibbli mas-suq komuni;

tordna l-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli hekk kif ikkwantifikata, u tipprovdi wkoll li fuq l-ammonti li għandhom jkunu irkuprati jitħallsu interessi kkalkolati fid-data li fiha din l-għajnuna ngħatat lil WAM;

tikkundanna lill-konventua għall-ispejjeż ta' din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata hija l-istess tal-Kawża T-257/10, L-Italja vs Il-Kummissjoni 1.

WAM tqajjem seba' motivi, fejn tirrileva li l-Kummissjoni Europea:

applikat l-Artikolu 107(1) TFUE b'mod żbaljat f'dan il-każ, u, fi kwalunkwe każ, wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u żball ta' motivazzjoni sa fejn hija kkunsdrat li s-sussdiji fuq l-interessi meħuda minn WAM għal inizjattivi ta' penetrazzjoni kummerċjali f'pajjiżi terzi kienu ta' natura li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitaju u li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni, fejn ma ħarsitx lejn il-kunsiderazzjonijiet diġà esposti f'dan ir-rigward fis-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja (Kawża C-94/06 P) 2 u mill-Qorti Ġenerali (Kawża T-316/04) 3, bi ksur tal-Artikolu 266 TFUE.

b'mod żbaljat u mingħajr motiavzzjoni ikkunsidrat li l-Artikolu 107(1) TFUE kien applikabbli għall-finanzjamenti inkwistjoni, mingħajr ma kkunsidrat il-prinċipji u r-regoli tagħha stess applikati għal misuri ta' sostenn analogi intiżi għal inizjattivi ta' penetrazzjoni kummerċjali lejn pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni ma kkunsidratx li l-istess finanzjamenti kienu ngħataw fil-kuntest tas-sistema stabbilita fil-liġi 394/1981 u barra minn hekk kisret l-Artikolu 108(1) TFUE u l-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 659/1999.

B'mod żbaljat ikkonkludiet, ukoll fin-nuqqas ta' motivazzjoni adeguata, li l-għajnuna li WAM ibbenefikat minnha kienet parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni, u konsegwentement kisret l-Artikolu 107(3) TFUE, kif ukoll ir-regolament de minimis u r-regolamenti ta' eżenzjoni skont il-kategorija.

b'mod żbaljat ikkwantifikat l-ekwivalenti sussidji fuq l-interessi meħuda minn WAM;

ma bdietx il-proċeduri fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE, sabiex tipproċedi għall-adozzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni diġà annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Qorti Ġenerali, u b'hekk kisret id-drittijiet tad-difiża ta' WAM;

kisret il-prinċipi ta' amministrazzjoni tajba u ta' diliġenza, b'mod partikolari, minħabba t-tul eċċessv tal-proċeduri amministrativi.

____________

1 - Li għadha ma ġiet ippubblikata fil-Ġabra

2 - C-494/06 P, Il-Kummissjoni vs L-Italja u Wam (Ġabra . 2009, p. I - 3639)

3 - T-314/04, Wam vs Il-Kummissjoni (Ġabra 2004, p. II - 3917)