Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Marzu 2012 - Bayerische Motoren Werke vs UASI (ECO PRO)

(Kawża T-145/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayerische Motoren Werke AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta' Jannar 2012, fil-Każ R 1418/2011-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark verbali "ECO PRO" għal prodotti fil-klassijiet 9 u 12 - Reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali (RI) Nru W 1059979

Deċiżjoni tal-eżaminatur: protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li r-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark tar-rikorrenti ma hijiex ta' karattru distintiv fis-sens ta' dan l-artikolu.

____________