Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Ottubru 2012 - Cervelli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-622/11 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allowance tal-espatrijazzjoni - Talba għal eżami mill-ġdid - Fatti ġodda - Appell manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Francesca Cervelli (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J. García-Gallardo Gil-Fournier, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Settembru 2011, Cervelli vs Il-Kummissjoni (F-98/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Francesca Cervelli għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 32, 04.02.2012.