Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta̕ Marzu 2013 - Yueqing Onesto Electric vs UASI - Ensto (ONESTO)

(Kawża T-624/11)

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva ONESTO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ENSTO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yueqing Onesto Electric Co. Ltd (Zhejiang, iċ-Ċina) (rappreżentant: B. Piepenbrink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ensto Oy (Porvoo, il-Finlandja) (rappreżentant: F. Teixeira Baptista, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta' Settembru 2011 (Każ R 2535/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Ensto Oy u Yueqing Onesto Electric Co. Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Yueqing Onesto Electric Co. Ltd. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 32, 04.02.2012.