Language of document : ECLI:EU:T:2012:538

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

11 ta’ Ottubru 2012

Kawża T‑622/11 P

Francesca Cervelli

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Allowance tal-espatrijazzjoni — Talba għal eżami mill-ġdid — Fatti ġodda — Appell manifestament infondat”

Suġġett:      Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2011, Cervelli vs Il‑Kummissjoni (F‑98/10), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. Francesca Cervelli għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Sommarju

Uffiċjali — Appelli — Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel — Termini — Dekadenza — Bidu mill-ġdid — Kundizzjoni — Fatt ġdid u sostanzjali

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

L-eżistenza ta’ fatti ġodda u sostanzjali tista’ tiġġustifika t-tressiq ta’ talba intiża għall-eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni preċedenti li saret definittiva. F’dan ir-rigward, sentenza ta’ annullament ta’ qorti tal-Unjoni tista’ biss tikkostitwixxi fatt ġdid li jippermetti l-bidu mill-ġdid tat-termini għat-tressiq ta’ lment jew ta’ azzjoni fir-rigward, minn naħa, tal-partijiet fil-kawża u, min-naħa l-oħra, tal-persuni l-oħra direttament ikkonċernati mill-att annullat. Issa, minkejja li skont il-prinċipju ta’ uniċità tas-servizz pubbliku, kif stabbilit fl-Artikolu 9(3) tat-Trattat ta’ Amsterdam, l-uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni huma rregolati mill-istess dispożizzjonijiet, tali prinċipju ma jfissirx li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw b’mod identiku s-setgħa diskrezzjonali li ġiet rikonoxxuta lilhom mir-Regolamenti tal-Persunal. Għall-kuntrarju, l-istituzzjonijiet għandhom awtonomija fl-organizzazzjoni tad-dipartimenti tagħhom. Deċiżjoni, meħuda b’mod volontarju minn istituzzjoni li ma hijiex dik li taqa’ taħtha l-persuna kkonċernata, li testendi l-effetti legali ta’ sentenza għall-uffiċjali kollha tagħha għaldaqstant ma tistax titqies bħala fatt ġdid li jippermetti lill-persuna kkonċernata tressaq talba għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni amministrattiva li tikkonċernaha.

(ara l-punti 18, 20 u 25)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 17 ta’ Ġunju 1965, Müller vs Il-Kunsilli, 43/64, Ġabra p. 499, 515; 16 ta’ Diċembru 1970, Prelle vs Il‑Kummissjoni, 5/70, Ġabra p. 1075, punt 13; 26 ta’ Settembru 1985, Valentini vs Il-Kummissjoni, 231/84, Ġabra p. 3027, punt 14; 8 ta’ Marzu 1988, Brown vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, 125/87, Ġabra p. 1619, punt 14;

Il-Qorti Ġenerali: 11 ta’ Lulju 1997, Chauvin vs Il‑Kummissjoni, T‑16/97, ĠabraSP p. I‑A‑237 u II‑681, punti 37, 39 sa 45; 16 ta’ Settembru 1997, Gimenez vs Il-Kumitat tar-Reġjuni, T‑220/95, ĠabraSP p. I‑A‑275 u II‑775, punt 72; 16 ta’ Settembru 2009, Boudova et vs Il-Kummissjoni, T‑271/08 P, ĠabraSP p. I‑B‑1‑71 u II‑B‑1‑441, punt 48