Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (ir-Rumanija) fit-28 ta’ Jannar 2022 – NR vs Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Craiova

(Kawża C-58/22)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Craiova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: NR

Parti oħra fil-proċedura: Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Craiova

Domanda preliminari

Il-prinċipju ta’ non bis in idem, kif iggarantit mill-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ikkunsidrat flimkien mal-obbligi tar-Rumanija li tilħaq l-għanijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/928 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta’ riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (ĠU 2007, L 142M, p. 825), għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni li ma titteħidx azzjoni, meħuda mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku wara l-produzzjoni tal-provi essenzjali fil-kawża inkwistjoni, tipprekludi proċeduri kriminali ulterjuri fir-rigward tal-istess fatti, anki jekk il-klassifikazzjoni ġuridika hija differenti, fir-rigward tal-istess persuna, meta d-deċiżjoni tkun definittiva, sakemm ma jiġix ikkonstatat li ċ-ċirkustanza li fuqha kienet ibbażata d-deċiżjoni li ma titteħidx azzjoni ma kinitx teżisti jew li qamu fatti jew ċirkustanzi ġodda li juru li ċ-ċirkustanza li fuqha kienet ibbażata d-deċiżjoni li ma titteħidx azzjoni ma għadhiex teżisti?

____________