Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Jannar 2012 - Bauer vs UASI - BenQ Materials (Daxon)

(Kawża T-29/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Erika Bauer (Schaufling, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Merz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BenQ Materials Corp. (Gueishan Taoyuan, it-Tajwan)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, fl-intier tagħha, id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta' Novembru 2011 fil-Każ R 2191/2010-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: BenQ Materials Corp.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Daxon" għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "DALTON" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 18, 25, 35, 41 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________