Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) - Ir-Renju Unit) – SS vs MCP

(Kawża C-603/20 PPU) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Artikolu 10 – Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-ġenitur – Ħtif ta’ wild – Ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru – Portata territorjali – Tneħħija ta’ wild fi Stat terz – Residenza abitwali miksuba f’dan l-Istat terz)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice, Family Division (England and Wales)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SS

Konvenut: MCP

Dispożittiv

L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, kif emendat bir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 2116/2004 tat-2 ta’ Diċembru 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax fil-każ fejn jiġi kkonstatat li wild kiseb, fid-data tat-tressiq tat-talba dwar ir-responsabbiltà tal-ġenitur, ir-residenza abitwali tiegħu fi Stat terz wara ħtif lejn dan l-Istat. Jekk dan ikun il-każ, il-ġurisdizzjoni tal-qorti adita għandha tiġi ddeterminata konformement mal-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, jew, fin-nuqqas ta’ tali konvenzjoni internazzjonali, konformement mal-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament.

____________

1     ĠU C 28, 25.01.2021.