Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2023 – Glashütter Uhrenbetrieb vs EUIPO (Glashütte ORIGINAL)

(Kawża T-1163/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Glashütter Uhrenbetrieb GmbH - Glashütte/Sa. (Glashütte, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. von Schultz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Glashütte ORIGINAL – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 727 034

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 773/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, fir-rigward taċ-ċaħda tagħha tal-applikazzjoni tat-trade mark Ewropea Nru 18 727 034, jiġifieri għal ċertu prodotti u servizzi tal-klassijiet 9, 35 u 41;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________