Language of document : ECLI:EU:T:2013:193

Kawża T‑383/10

Continental Bulldog Club Deutschland eV

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CONTINENTAL — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ April 2013

1.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Għan — Obbligu ta’ disponibbiltà — Portata tal-eżami

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

2.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

3.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal — Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

4.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Trade mark verbali CONTINENTAL

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

5.      Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju

6.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tar-raġunijiet indikati fl-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c))

1.      L-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja għandu l-għan ta’ interess ġenerali li jirrikjedi li l-indikazzjonijiet jew is-sinjali li jiddeskrivu l-karatteristiċi ta’ prodotti jew ta’ servizzi li għalihom tkun saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jistgħu liberament jiġu użati minn kulħadd. Dan l-interess ġenerali jagħti lok għal eżami prospettiv, li jirrigwarda l-imsemmi karattru deskrittiv tal-indikazzjonijiet jew tas-sinjali li għalihom saret l-applikazzjoni għal trade mark, li ma jistax jiddependi fuq l-intenzjonijiet kummerċjali, li min-natura tagħhom huma suġġettivi, tal-applikanti tat-trade marks.

(ara l-punti 13, 61)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 14, 15, 33)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 16)

4.      Is-sinjal verbali CONTINENTAL, li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiegħu għall-“Annimali ħajjin, jiġifieri klieb” u “Kustodja u tgħammir ta’ klieb, jiġifieri ta’ ġriewi u ta’ annimali tat-tgħammir” li jaqgħu rispettivament fil-klassijiet 31 u 44 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, jiddeskrivi l-prodotti msemmija fl-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(c), tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, mill-perspettiva tal-pubbliku rilevanti.

Fil-fatt, kemm fil-Ġermanja kif ukoll fil-kumplament tal-Unjoni, l-espressjoni “continental bulldog” setgħet tintuża, diġà fid-data tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, għall-inqas mill-parti tal-pubbliku rilevanti kkostitwit minn professjonisti, bħall-persuni li jrabbu l-klieb jew is-sidien ta’ ħwienet fejn jinbiegħu l-annimali, bħala waħda li tkopri razza ta’ klieb rikonoxxuta fl-Isvizzera. Ladarba l-proċess ta’ rikonoxximent ta’ razza ta’ klieb minn federazzjoni waħda jew minn diversi federazzjonijiet inkwistjoni jintemm, l-isem ta’ din ir-razza jindika, b’mod ġeneriku, il-klieb li jagħmlu parti minnha, għall-inqas f’għajnejn parti mill-pubbliku rilevanti. Għaldaqstant, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, ikkostitwita mill-kelma “continental” hija mifhuma direttament mill-pubbliku rilevanti bħala deskrizzjoni ta’ razza ta’ bulldogs jew, għal dak li jikkonċerna s-servizzi msemmija, bħala speċifikazzjoni fis-sens li jirrigwardaw klieb ta’ din l-istess razza.

(ara l-punti 18, 19, 40, 52, 53, 69)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 65, 66)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 72)