Language of document : ECLI:EU:T:2010:297





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 – Freistaat Sachsen u Land Sachsen‑Anhalt vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-396/08)

“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna għat-taħriġ – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni – Neċessità tal-għajnuna – Effetti esterni pożittivi – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Kategoriji ta’ għajnuna, iddefiniti permezz tar-regolamenti, li jistgħu jitqiesu li huma kompatibbli mas-suq komuni - Regolament Nru 68/2001 dwar l-għajnuna għat-taħriġ (Artikolu 87(3) KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 68/2001, Artikolu 5) (ara l-punti 36-39, 42-45)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Għajnuna li tista’ tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 87(3)(ċ) KE - Għajnuna għall-funzjonament - Esklużjoni (Artikolu 87(3)(ċ) KE) (ara l-punti 46-48, 51, 52)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Regolamenti - Interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni - Interpretazzjoni u applikazzjoni fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti fid-diversi lingwi uffiċjali (ara l-punt 53)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni - Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 87 KE (Artikolu 87(3)(ċ) KE) (ara l-punt 54)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Eżami mill-Kummissjoni - Għajnuna għat-taħriġ - Evalwazzjoni tan-neċessità tal-għajnuna (Artikoli 87(3) KE u 88(2) u (3) KE) (ara l-punti 78, 80, 88)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Eżami mill-Kummissjoni - Nuqqas ta’ osservazzjonijiet min-naħa tal-partijiet interessati - Irrilevanza fir-rigward tal-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punt 97)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Eżami mill-Kummissjoni - Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (Artikoli 87(3) KE u 88(2) u (3) KE) (ara l-punti 107, 108)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Għajnuna li tista’ tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 87(3)(ċ) KE - Kundizzjonijiet - Għajnuna għat-taħriġ - Kriterji dwar in-neċessità tal-għajnuna (Artikolu 87(3)(ċ) KE) (ara l-punt 117)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Għajnuna li tista’ tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 87(3)(ċ) KE - Kundizzjonijiet - Għajnuna għat-taħriġ - Kriterju tan-neċessità tal-għajnuna (Artikolu 87(3)(ċ) KE) (ara l-punti 130, 131, 133)

10.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (Artikoli 87(3) KE u 253 KE) (ara l-punti 143, 144)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/878/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja beħsiebha tagħti lil DHL (ĠU L 312, p. 31).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.