Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2012 - National Lottery Commission vs UASI - Mediatek Italia u De Gregorio (Rappreżentazzjoni ta' id)

(Kawża T-404/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta id - Artikolu 53(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżistenza ta' drittijiet tal-awtur preċedenti mħarsa mil-liġi nazzjonali - Oneru tal-prova - Applikazzjoni tal-liġi nazzjonali mill-UASI - Eżami"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: National Lottery Commission (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Mannucci u J. Crespo Carrello, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Mediatek Italia Srl (Napoli, l-Italja) u Giuseppe De Gregorio (Napoli, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI (Każ R 1028/2009-1), tad-9 ta' Ġunju 2010, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn, minn naħa, Mediatek Italia Srl u Giuseppe De Gregorio u, min-naħa l-oħra, in-National Lottery Commission.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (Każ R 1028/2009-1), tad-9 ta' Ġunju 2010, hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti min-National Lottery Commission fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1 - ĠU C 328, 04.12.2010.