Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Settembru 2011 - Agrucon et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-482/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Agrupación Española de Fabricantes de Conservas Vegetales (Agrucon) (Madrid, Spanja), Associazione Italiana Industrie Prodotti Alimentari (AIIPA) (Milano, l-Italja), Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav) (Napoli, l-Italja), Campil-Agro-Industrial do Campo do Tejo, Ldª (Cartaxo, il-Portugall), Evropaïka Trofima AE (Larissa, il-Greċja), FIT - Fomento da Indústria do Tomate, SA (Águas de Moura, il-Portugall), Konservopoiïa Oporokipeftikon Filippos AE (Veria, il-Greċja), Panellinia Enosi Konsepvopoion (Ateni, il-Greċja), Elliniki Etairia Konservon AE ("KYKNOS") (Nafplio, il-Greċja), Anonymos Viomichaniki Etaireia Konservon D. Nomikos (Marousi, il-Greċja), Italagro - Indústria de Transformação de Produtos Alimentares, SA (Castanheira do Ribatejo, il-Portugall), Kopais Anonymi Viomichaniki Kai Emporiki Etairia Trofimon & Poton (Kopais ABEE) (Maroussi, il-Greċja), Serraïki Konservopoiïa Oporokipeftikon Serko AE (Serres, il-Greċja), Sociedade de Industrialização de Produtos Agrícolas - Sopragol, SA (Mora, il-Portugall), Sugalidal - Indústrias de Alimentação, SA (Benavente, il-Portugall), Sutol - Indústrias Alimentares, Ldª (Alcácer do Sal, il-Portugall), Zanae Zýmai Artopoiías Níkoglou AE Viomichanía Empório Trofímon (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentanti: J. da Cruz Vilaça, S. Estima Martins u S. Carvalho de Sousa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50(3) u tal-Artikolu 60(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 543/2011 1;

tordna li din il-kawża tingħaqad mal-Kawża T-454/10, għall-finijiet tal-proċedeuri orali u tad-deċiżjoni finali, jew, għall-inqas, għall-finijiet tal-proċeduri orali; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

L-ewwel motiv jallega li r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 543/2011 jikser ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta' Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU 2007 L 299, p. 1), peress li:

jistabbilixxi b'mod żbaljat li l-investimenti u l-azzjonijiet relatati mat-trasformazzjoni ta' frott u ħxejjex fi frott u ħxejjex ipproċessat jistgħu jkunu eliġibbli għall-għajnuna; u

inkluda b'mod żbaljat l-hekk imsejħa attivitajiet li ma humiex "attivitajiet ta' pproċessar ġenwini" (li mid-dehra jkopru l-ipproċessar ta' preparazzjoni u ta' wara l-ipproċessar ġenwin) fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' prodotti intiżi għall-ipproċessar, peress li r-Regolament Waħdieni dwar l-OKS jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjonijiet tal-prodotturi, jiġifieri l-għoti ta' għajnuna, għandhom japplikaw biss għall-prodotti koperti bl-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-frott u l-ħxejjex.

It-tieni motiv jallega li billi tingħata għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li tkopri operazzjonijiet industrijali fuq frott u ħxejjex li huma intiżi għall-ipproċessar, li jitwettqu wkoll minn industriji privati, ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 543/2011 jikser il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni li jipprojbixxi li sitwazzjonijiet paragunabbli jiġu ttrattati b'mod differenti, sa kemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat.

3.    It-tielet motiv jallega li billi tingħata għajnuna lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi li tkopri operazzjonijiet industrijali li jsiru fuq frott u ħxejjex intiżi għall-ipproċessar, li jitwettqu wkoll minn industriji privati, ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 543/2011 jikser il-prinċipju ta' proporzjonalità sa fejn jeċċedi dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb għan ipotetiku tal-Politika Agrikola Komuni relatat mal-integrazzjoni vertikali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

____________

1 - Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta' Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, p. 1)