Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 – Sepro Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-483/11) 1

[“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva flurprimidol – Nuqqas ta’ inklużjoni tal-flurprimidol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE – Regolament (KE) Nru 33/2008 – Proċedura mħaffa ta’ evalwazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sepro Europe Ltd (Harrogate, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/328/UE, tal-1 ta’ Ġunju 2011, dwar l-esklużjoni ta’ flurprimidol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (ĠU L 153, p. 192)DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Sepro Europe Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.