Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 – Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑403/09)

“Rikors għad-danni – Arrikiment indebitu – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Sunt tal-motivi invokati - Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors - Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 35, 36, 45)

2.                     Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Prinċipju ta’ projbizzjoni tal-arrikiment indebitu tal-Unjoni - Rimedju - Rikors għad-danni - Kundizzjoni - Arrikiment mingħajr bażi legali tal-Unjoni u tifqir korrispondenti tar-rikorrenti (Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47) (ara l-punt 43)

Suġġett

Rikors intiż, minn naħa, sabiex jiġi kkonstatat l-arrikiment indebitu tal-Kummissjoni Ewropea u tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk u fin-Niġerja u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas is-somma ta’ EUR 114 069.94 flimkien mal-interessi dovuti fuq din is-somma.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Tecnoprocess Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.