Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (Spanja; Covid-19)

(Kawża T-628/20) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Spanja – Miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni intiżi li jsostnu l-impriżi sistemiċi u strateġiċi għall-ekonomija Spanjola fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Qafas temporanju tal-għajnuna mill-Istat – Miżura intiża li tirrimedja disturb serju tal-ekonomija ta’ Stat Membru – Miżura intiża għall-ekonomija kollha ta’ Stat Membru – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Libertà li jiġu pprovduti servizzi u libertà ta’ stabbiliment – Proporzjonalità – Kriterju tal-istabbiliment fi Spanja tal-benefiċjarji tal-għajnuna – Assenza ta’ bbilanċjar tal-effetti benefiċi tal-għajnuna mal-effetti negattivi tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u fuq iż-żamma ta’ kompetizzjoni mhux distorta – Artikolu 107(3)(b) TFUE – Kunċett ta’ ‘skema ta’ għajnuna’ – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: F.-C. Laprévote, E. Vahida, V. Blanc, I.-G. Metaxas-Maranghidis u S. Rating, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, S. Noë u F. Tomat, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: L. Aguilera Ruiz u S. Centeno Huerta, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: P. Dodeller u T. Stehelin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5414 finali tal-31 ta’ Lulju 2020, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57659 (2020/N) – Spanja COVID-19 – Fond ta’ Rikapitalizzazzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ryanair DAC hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 414, 30.11.2020.